For Families & Patients

Palliative care supports people with a life-limiting illness and their families to live, die and grieve well.
Back to Community Languages

Maltese – Malti

  • About palliative care in Maltese

    Audio information in Maltese about palliative care.

    X’inhi kura palljativa?

    Play Podcast

Maltese-cover-(stock)

X’inhi kura palljativa?

Il-kura palljativa tgħin persuni li jbatu minn mard li jillimita ħajjithom biex huma jkollhom l-aħjar kwalità possibbli ta’ ħajja. Tista’ tinkiseb minn kulħadd – kwalunkwe età, razza, kultura, sfond jew reliġjon, u l-biċċa l-kbira tas-servizzi huma bla ħlas.
Dejjem jiddependi mill-bżonnijiet tiegħek, il-kura palljativa tista’ tinkludi:

  • Mediċini u terapiji oħra biex ittaffi l-uġigħ tiegħek u timmaniġġja s-sintomi
  • Sapport għal membri tal-familja tiegħek
  • Għajnuna u apparat biex tgħix komdu f’darek meta jkun possibbli
  • Għajnuna biex tissodisfa l-bżonnijiet spiritwali, reliġjużi jew kulturali tiegħek
  • Viżiti regolari minn ħaddiema tas-saħħa u persuni oħra li jieħdu ħsieb is-saħħa

Jekk tagħżel li tirċievi l-kura palljativa, int tista’ titkellem dwar il-bżonnijiet individwali tiegħek, tistaqsi kwalunkwe mistoqsija u tagħmel talbiet biex hekk ikollok l-aqwa kura possibbli.

Meta tuża l-kura palljativa, il-persuna marida u l-familja tagħha dejjem ser jikkontrollaw it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kura medika u saħħithom.

Il-kura palljativa ma tfissirx it-tmiem

Il-kura palljativa tista’ tintuża f’kwalunkwe perjodu tal-marda tiegħek, mhux sempliċiment minn persuna qrib it-tmiem tal-ħajja. L-użu tal-kura palljativa ma jfissirx li m’hemmx tama, li int ‘qtajt qalbek’ jew li l-familja tiegħek ma tagħtix każ. Int tista’ tibqa’ tirċievi l-kura fl-istess ħin meta tkun qed tirċievi l-kura palljativa.
Int tkun tista’ tuża terapiji komplimentari jew mediċina tradizzjonali.

Min jipprovdi l-kura palljativa?

Il-kura palljativa tista’ tingħata mit-tabib tiegħek stess, tobba u nersijiet speċjalizzati, fiżjoterapisti jew saċerdoti.

Fejn nista’ nirċievi l-kura?

Dejjem jiddependi mill-bżonnijiet tiegħek u fatturi oħra, int tista’ tirċievi l-kura d-dar, fi sptar jew f’ospizzju, jew faċilità oħra tal-kura. Il-kura fi sptar jew f’ospizju normalment tkun għal żmien qasir biex tikkura s-sintomi u l-uġigħ tiegħek biex int tkun tista’ tmur lura d-dar jekk hu possibbli.

Ser ikolli nħallas?

Il-biċċa l-kbira tas-servizzi huma bla ħlas imma jista’ jkun hemm xi spejjeż għall-apparat jew mediċini. Staqsi lis-servizz lokali tiegħek biex tkun żgura jekk hemmx xi spejjeż.

U l-familja tiegħi?

Il-kura palljativa tgħin ukoll lill-familja tiegħek waqt li huma jieħdu ħsiebek. Dan jista’ jinkludi:

  • Għajnuna biex tara t-tabib u appuntamenti oħra
  • Għajnuna biex tara li għandek il-mediċina u l-kura li tgħodd għalik
  • Sapport biex jiġu milħuqa l-bżonnijiet tagħhom
  • Serħan mill-kura li tagħti
  • Għajnuna biex jiġu organizzati sapport finanzjarju u legali
  • Sapport u parir wara l-ħin meta l-uffiċċji jkunu magħluqa

X’jiġri jekk għandi bżonn nitkellem lingwa oħra?

Jekk tħossok aħjar jekk titkellem bil-lingwa tiegħek, avża lis-servizz tiegħek tal-kura palljativa. Il-biċċa l-kbira tagħhom jista’ jaraw li jkun hemm interpretu bla ħlas.